Delegazzjoni Ta' Setgħat

DELEGAZZJONI TA' SETGĦAT - ĦATRIET U REKLUTAĠĠ FIS-SERVIZZ PUBBLIKU

Matul is-snin, minn mindu twaqqfet il-Kummissjoni fl-1960 mill-Kostituzzjoni ta’ Malta, l-awtorità dixxiplinarja u ċerti setgħat oħra li jirrispettaw is-Servizz Pubbliku ġew delegati lil kapijiet ta’ dipartimenti u awtoritajiet oħra kif previst fl-artikolu 110 tal- Kostituzzjoni ta’ Malta. It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dawn is-setgħat delegati huma normalment speċifikati fl-Istrumenti ta’ Delega rispettivi maħruġa mill-Prim Ministru, li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Din li ġejja hija lista ta’ Strumenti ta’ Delegazzjoni, rigward it-teħid ta’ ħatriet u r- reklutaġġ fis-Servizz Pubbliku:

Delega ta' Setgħat - Proċedura Dixxiplinari fis-Servizz Pubbliku

Din li ġejja hija lista ta’ Strumenti ta’ Delega, rigward l-awtorità dixxiplinarja:

Skeda ta’ l-istrument ta’ Delega

Strument ta’ Delega datat 11 ta’ Lulju 2023 – Dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li s-setgħat biex jiġi eżerċitat kontroll dixxiplinarju fuq uffiċjali pubbliċi, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Dixxiplinarji tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (L.S. Const. 07), għandhom ikunu eżerċitabbli mingħajr referenza għall-Kummissjoni mill-uffiċjali pubbliċi u awtoritajiet oħra elenkati fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Istrument, sal-limitu elenkat fl-iskeda msemmija u bla ħsara għal xi dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti.

L-uffiċjali pubbliċi u awtoritajiet oħra elenkati hawn għandu jkollhom is-setgħa li jeżerċitaw kontroll dixxiplinarju, skont il-Proċedura Dixxiplinarja fir-Regolamenti Dixxiplinarji tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (L.S. Const. 07) u l-Istrument ta’ Delega li din l-Iskeda tifforma parti minnu, mingħajr referenza għall-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, fuq uffiċjali pubbliċi fl-oqsma ta’ ġurisdizzjoni tagħhom, u soġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għalihom.

Dan l-istrument ta’ delega jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2023 skont ir-Regolamenti Dixxiplinari l-ġodda tal-KSP 2023.

Istrument ta’ Delega