Dwar il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku, hija istituzzjoni awtonoma u statutorja mwaqqfa skont Artikolu 109 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Bis-saħħa tal-poteri mgħotija lilha mil-Kostituzzjoni, l- Kummissjoni tiżgura u tħares l-integrita u l-imparzjalita fil-proċessi tal-ingaġġ kif ukoll proċeduri dixxiplinarji fi ħdan is-Servizz Pubbliku.

Il-Kummissjoni hi komposta minn Chairperson, Deputy Chairperson u minn wieħed sa tlett membri oħra li jinħatru mil-President ta’ Malta li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru, wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Kummissjoni hija assistita mis-Segretarju Eżekuttiv tagħha, li huwa l-Kap tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni u jmexxi t-tim ta’ uffiċjali pubbliċi fi ħdan dan l-Uffiċċju.

Il-Kummissjoni tiltaqa’ kull ġimgħa, ġeneralment nhar ta’ Ħamis. Il-ħidma ta’ rutina titwettaq qabel il-laqgħa permezz taċ-ċirkolazzjoni tal-fajls. Matul il-laqgħat il-Kummissjoni tiffoka fuq kwistjonijiet ta’ proċedura; rapreżentazzjonijiet u petizjonijiet rigward proċessi tal-għażla; każijiet dixxiplinarji; u kwistjonijiet oħra fejn tkun meħtieġa deċiżjoni mill-Kummissjoni. Il-laqgħat jistgħu jinkludu wkoll seduti ta’ smiegħ orali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ każijiet dixxiplinarji.

Aktar informazzjoni dwar is-sħubija tal-Kummissjoni u l-persunal tas-Segretarjat, tista’ tiġi aċċessata permezz tal-links li ġejjin:

L-Istorja tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ġiet stabbilita għall-ewwel darba permezz tal-Kostituzzjoni tal-1939 matul it-tmexxija kolonjali Brittanika bil-għan li tagħti pariri lill-Gvernatur dwar kwistjonijiet relatati mal-impjieg fis-Servizz Pubbliku. Il-kunċett tal-ħatra ta’ Kummissjoni biex tagħti pariri dwar kwistjonijiet tas-Servizz Pubbliku kien konformi mall-iżviluppi politiċi f’kolonji Brittaniċi oħra ta’ dak iż-żmien. Għall-ewwel, il-Gvernatur kellu d-dritt li jaħtar persuni fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta biex iservu fil- Kummissjoni. Aktar tard, madankollu, kien hemm it-twemmin li l-Kummissjoni tkun aktar probabbli li tiżgura ġustizzja fit-teħid ta’ deċiżjonijiet jekk il-membri tagħha ma jkunux huma stess impjegati tas-Servizz Pubbliku.

Fl-1945 tlaqqgħet l-Assemblea Nazzjonali biex tfassal kostituzzjoni ġdida li kellha tirrestawra mill-ġdid is-sistema ta’ Self Government.  L-Assemblea ma qisitx iż- żamma tal-Kummissjoni bħala korp li jirrapporta lill-Gvernatur, bħala kompatibbli ma’ dan l-għan, u vvutat kontra ż-żamma tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Sussegwentement, il-Kostituzzjoni ta’ Malta tal-1947 ma għamlet l-ebda dispożizzjoni għall-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.  Madankollu, l- Kummissjoni kif stabbilita skont il-Kostituzzjoni tal-1939 kompliet tiffunzjona fuq bażi amministrattiva.

Il-Kostituzzjoni tal-1959, li ġiet wara dik tal-1947, reġgħet ipprovdiet dispożizzjoni legali għat-twaqqif ta’ Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li ħadet il-forma attwali tagħha bħala korp indipendenti estern għall-Gvern, bis-setgħa li tagħmel rakkomandazzjonijiet vinkolanti dwar il-ħatriet u d-dixxiplina fis-Servizz Pubbliku.

Il-Kummissjoni ġiet stabbilita formalment f’Awwissu 1960 permezz tal-Avviż Legali numru 32. Ir-rwol tal-Kummissjoni tqiegħed fuq bażi aktar formali bil-promulgazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tal-1960, u sussegwentement ġiet stabbilita fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Kummissjoni ħadmet kontinwament.

Il-Missjoni Tagħna

Sabiex il-provvista ta’ servizzi pubbliċi eċċellenti f’ambjent delegat
permezz tal- proċess ta’ ħatriet pubbliċi li jħarsu l-prinċipji tal-mertu u l-ekwita’,
u l-eżerċizzju ta’ proċeduri dixxiplinarji ġusti u effiċjenti fis-Servizz Pubbliku ikunu żgurati permezz ta’ monitoraġġ u skrutinju kontinwu.

Funzjonijiet - Rwol u Delega ta' Ċerti Setgħat

Rwol

Ir-rwol fundamentali tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku huwa li tiżgura li Malta jkollha karriera ta’ Servizz Pubbliku bi standard għoli ta’ kompetenza, effiċjenza u integrità. Fit-twettiq tar-rwol tagħha, il-Kummissjoni hija ggwidata mill-prinċipji tal-mertu, l-ugwaljanza tal- opportunitajiet, l-imparzjalità, non-diskriminazzjoni, it-trasparenza, l-esklużjoni tal-patroċinju (politiku jew mod ieħor) fl-eżerċizzju tad-dixxiplina, u l-kompetizzjoni ġusta u miftuħa fil-ħatriet. It- tneħħija tal-impjegati mill-kariga pubblika u l-eżerċizzju tad-dixxiplina fuq l-uffiċjali pubbliċi jaqgħu wkoll taħt il-mandat tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

L-Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jipprovdi li s-setgħa li jsiru ħatriet għal karigi pubbliċi u li jitneħħew persuni li għandhom jew li jaġixxu fi kwalunkwe kariga bħal din hija tal-Prim Ministru, li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Madankollu, l-istess artikolu jipprovdi wkoll li l-Prim Ministru, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, jista’ jiddelega bil-miktub kwalunkwe waħda mis-setgħat imsemmija hawn fuq lil tali uffiċjal pubbliku jew awtorità oħra kif jista’ jiġi speċifikat fl-Istrument ta’ Delega.

Matul is-snin daħlu fis-seħħ diversi Strumenti ta’ Delega, li ddelegaw ċerti setgħat lis-Segretarji Permanenti u lill-Kapijiet tad-Dipartimenti. Għal aktar informazzjoni dwar id-delega tas-setgħat irreferi għall-paġna Delegi Delegazzjoni ta’ Ċerti Setgħat.

ReferenzI oħra:

Lista ta’ Chairpersons

Chairpersons tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

  • Is-Sur L H Gorsuch
    , CBE 05.08.1960 – 31.10.1963
  • Imħallef W D Harding
    05.08.1960 – 31.10.1963
  • Dott. G Zammit, BA, BA (Hons) Lond, BD (Rome), LL.D
    05.11.1971 – 31.10.1977
  • Dott. C Cassar, MD, MRCGP, PhC, KM, CStJ
    20.01.1978 – 19.01.1980
  • Is-Sur C Giuliano
    20.01.1980 – 31.12.1981
  • Is-Sur G Craig
    12.01.1982 – 25.02.1984
  • Is-Sur M. J V Bonello
    01.04.1984 – 08.08.1986
  • Is-Sur P V Attard
    01.09.1986 – 11.08.1987
  • Dott A G Camilleri, BA, LL.D
    12.08.1987 – 11.08.1992
  • Prof E Borg Costanzi, BSc, BE&A, A&CE, MA (Oxon)
    12.08.1992 – 11.05.1996
  • Is-Sur M. J V Bonello
    01.04.1984 – 08.08.1986
  • Is-Sur P V Attard
    01.09.1986 – 11.08.1987
  • Dott A G Camilleri, BA, LL.D
    12.08.1987 – 11.08.1992
  • Prof E Borg Costanzi, BSc, BE&A, A&CE, MA (Oxon)
    12.08.1992 – 11.05.1996
  • Is-Sur A Galdes, MOM, BA (Hons)(Econ), FCIB
    12.05.1996 – 28.02.1997
  • Is-Sur J J M Curmi, MPA, DPA, FIFD
    12.05.1997 – 11.06.2003
  • Is-Sur A Fiorini Lowell
    12.06.2003 – 11.06.2010
  • Is-Sur P A Attard, Dip Educ (Admin & Mgt)
    12.06.2010 – 17.06.2013
  • Is-Sur L P Naudi
    18.06.2013 –​ 17.07.2022
  • Is-Sur S Cachia
    18.07.2022-

Kompożizzjoni tal-Kummissjoni

Is-Sur Saviour Cachia

Chairperson tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

saviour-cachia-scaled.jpg
Saviour Cachia ngħaqad mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta fl-1976 fejn ġie assenjat mal-Ministeru għall-Commonwealth u l-Affarijiet Barranin, id-Dipartiment tal- Informazzjoni, il-Computer Centre tal-Gvern, eventwalment integrat mal- Management Systems Unit u sussegwentement mal-Aġenzija Maltija tat-Teknoloġija tal-Informatika. Is-Sur Cachia għandu esperjenza fl-Iżvilupp tas-Sistemi, fl-attivitajiet ta’ Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Informazzjoni, u fil-liġijiet u l-prattiċi dwar il-Protezzjoni tad- Data u l-Libertà tal-Informazzjoni.
 
Huwa nħatar fuq kumitati interministerjali biex jabbozza qafas legali li jirregola u jippermetti prattiċi ta’ informazzjoni, li jkopri wkoll regolamenti dwar il-protezzjoni tad- data fis-setturi tal-Pulizija u t-Telekomunikazzjoni. Hu pparteċipa fil-proċess ta’ skrutinju tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data mill-Kummissjoni Ewropea, biex jinġieb f’konformità mal-liġi tal-UE. Huwa waqqaf l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall- Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data u assista lill-ministeri u d-dipartimenti kompetenti biex jimplimentaw il-protezzjoni tad-data. Fis-16 ta’ April 2014, Saviour Cachia ħa l-ġurament tal-Uffiċċju bħala Kummissarju għall-Informazzjoni u l- Protezzjoni tad-Data u serva f’din il-pożizzjoni sa Ottubru 2020.
 
Saviour Cachia inħatar bħala Chairperson tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku mit-18 ta’ Lulju 2022.

Is-Sa Marie Lourdes Grech

Deputat Chairperson tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

marie_lourdes_grech

Marie-Lourdes Grech hija eks uffiċjal pubbliku. Matul il-karriera twila tagħha fis- Servizz Pubbliku ta’ Malta, hija serviet f’għadd ta’ uffiċċji, inkluż perjodu qasir fil- Kamra tar-Rappreżentanti. Hija serviet għal erba’ snin fl-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell u sebgħa u tletin sena fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn okkupat diversi karigi f’uffiċċji differenti, inklużi d-Diviżjoni tal-Establishments, l-iStaff Development Organisation u id-Diviżjoni għall-Operat u l-Implimentazzjoni ta’ Programmi, u oħrajn. Hija rtirat mis-Servizz Pubbliku f’Mejju 2016, fil-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Kabinett.

Marie Lourdes Grech kienet appuntata mill-ġdid fil-kariga bħala Deputat Chairperson tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Lulju 2022.

Is-Sur Vincent Piccinino

Membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

vincent_piccinino

Vincent Piccinino huwa uffiċjal pubbliku rtirat. Wara kors ta’ sentejn fil-Kulleġġ tat- Taħriġ tal-Għalliema ta’ St Michael, inħatar għalliem fl-1969 iżda għażel li jibda karriera fis-Servizz Pubbliku wara li ggradwa b’BA (Hons) fl-Amministrazzjoni Pubblika mill-Università ta’ Malta fl-1983. Is-Sur Piccinino serva għal aktar minn tlieta u għoxrin sena fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u bejn l-1996 u l-1998, serva wkoll bħala Segretarju Privat tal-Prim Ministru. Fl-2002, is-Sur Piccinino nħatar Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni) fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, minn fejn ġie superannwat fl-2006 meta laħaq l-età tal-irtirar. Vincent Piccinino kien appuntat mill-ġdid fil-kariga bħala membru tal-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku, fit-18 ta’ Lulju 2022.

Vincent Piccinino reġa’ ġie maħtur bħala membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku mit-18 ta’ Lulju 2022.

Is-Sur Carmel Herrera

Membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

carmel_herrera

Carmel Herrera ngħaqad mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta f’Settembru 1968 u rtira f’Awwissu 2011. Bejn l-1972 u l-1990, huwa serva fid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali minn fejn mexa għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Hemmhekk, huwa serva kemm fid-Direttorat tal-Affarijiet Bilaterali u tal-Affarijiet Multilaterali u kien Viċi Direttur tal-Protokoll. Huwa wara serva fil-Ministeru tas- Saħħa. Huwa serva wkoll fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qabel ma reġa mar lura fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fl-2008.

Huwa serva barra mill-pajjiż fil-Kummissjoni Għolja f’Canberra u fil-Konsulat f’Sydney bħala Konslu Ġenerali. Huwa serva wkoll fl-Ambaxxata ta’ Malta f’The Hague, fl- Olanda, u qatta’ l-aħħar seba’ xhur tal-karriera tiegħu bħala Charge d’Affaires.

Carmel Herrera kien appuntat mill-ġdid fil-kariga bħala membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, fit-18 ta’ Lulju 2022.

Is-Sur Franco Masini

Membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

franco_masini

Franco Masini, imwieled ir-Rabat, Għawdex, irċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u fl-Università ta’ Malta fejn studja l-Arti (l-Istorja, l-Ekonomija u l-Malti) u l-Liġi (Prokuratur Legali). Huwa serva f’pożizzjonijiet maniġerjali għolja u amministrattivi fis-settur privat. Huwa okkupa l-karigi ta’ President tal-Federazzjoni tal-Industriji, il-Fiera Internazzjonali ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem. Huwa serva fuq il-bord tad-diretturi ta’ diversi kumpaniji pubbliċi ewlenin inklużi l-Air Malta plc, il-Bank of Valletta plc, APS Bank Ltd, Gozo Channel Co. Ltd u l-kumpaniji tal-Grupp Farsons. Huwa membru preċedenti tal-Awtorità tax-Xandir, il- Kunsill tal-Università ta’ Malta u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku. Fl- 2002, il-President ta’ Malta iddekorah bil-Medalja għall-qadi għas-Servizz lir- Repubblika (MQR) għal “servizz eċċezzjonali għal Malta”.

Franco Masini kien appuntat mill-ġdid fil-kariga bħala membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, fit-18 ta’ Lulju 2022

Franco Masini reġa’ ġie maħtur bħala membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Lulju 2022.

Ikkuntatjana

Informazzjoni biex tikkuntatjana

Indirizz

Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
Livell 2, Palazzo Spinola
Business Centre
Triq San Kristofru
Il-Belt Valletta VLT 1464
Malta

Ara fuq Google Maps

Telefon:

Ħinijiet ta’ ftuħ

Mit Tnejn sal-Ġimgħa
7:30am – 3:30pm

Email