Il-Kostituzzjoni ta’ Malta

Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija istituzzjoni indipendenti stabbilita mill-Kostituzzjoni ta’ Malta. In-natura tal-awtorità tal-Kummissjoni ġejja mill-Artikolu 121, li jitkellem dwar is-setgħat u l-proċedura tal-Kummissjonijiet li huma stabbiliti mill-Kostituzzjoni. Ir-referenzi ewlenin għall- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku huma madankollu magħmula fil-Kapitolu X tal- Kostituzzjoni, li jittratta s-Servizz Pubbliku.

Essenzjalment, l-Artikolu 109 jippreskrivi l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, filwaqt li l-Artikolu 110 jiddeskrivi r-rwol primarju tal-Kummissjoni fl-għoti ta’ pariri u ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Prim Ministru rigward il-ħatriet għal karigi pubbliċi, t-tneħħija ta’ persuni minn tali karigi u l-eżerċizzju ta’ kontroll dixxiplinari fuq l-uffiċjali pubbliċi.

Il-Kostituzzjoni ta’ Malta

ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA

ATT biex jaġġorna u jissostitwixxi l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497, 497,
li jaffermaw il-valuri tal-amministrazzjoni pubblika bħala strument għall-ġid komuni,
li jipprovdi għall-applikazzjoni ta’ dawk il-valuri fis-settur pubbliku kollu,
li jipprovdi għall-organizzazzjoni u l-ġestjoni tagħhom,
u li jipprovdi għal affarijiet oħra li huma konsegwenzjali jew anċillari għalihom.

REGOLAMENTI TAL-KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU

​Il-proċeduri tal-Kummissjoni huma stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, u wkoll fil-Proċedura Dixxiplinari fir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Dawn ir-regolamenti jsiru mill-Kummissjoni bil-kunsens tal-Prim Ministru skont l-artikolu 121(1) tal-Kostituzzjoni.

REGOLAMENTI TAL-KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU

Ir-Regolamenti Dixxiplinari tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, 2017

Ir-Regolamenti tal-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura Dixxiplinari).

Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, 1960: