L-Uffiċċju tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni hija assistita minn tim żgħir u ddedikat ta’ uffiċjali pubbliċi mmexxi mis-Segretarju Eżekuttiv, uffiċjal pubbliku anzjan maħtur f’din il-pożizzjoni permezz ta’ ftehim ta’ prestazzjoni.
L- ogħla uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku huma elenkati hawn taħt:
- Dr Myrna Azzopardi Wood — Segretarju Eżekuttiv
- Is-Sa Angele Cilia Degiorgio — Assistent Direttur, Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
- Is-Sa Natasha Magro— Assistent Direttur, Servizzi ta’ Appoġġ
Wieħed jista jikkuntatja lill-Uffiċċju tal-Kummissjoni permezz tal-imejl, fuq: [email protected]
Għal aktar dettalji dwar kif tikkomunika magħna jekk jogħġbok mur fuq: Ikkuntattjana.
Riżultati ppubblikati
Il-proċedura tal-Ħatriet taħt awtorità delegata tipprovdi li għal sejħiet ippubblikati mill-1 ta’ Frar 2016 ’il quddiem, l-awtorità responsabbli għas-sejħa għandha tippubblika jew toħroġ ir-riżultat, kif applikabbli, wara li tkun eżaminat ir-rapport tal-Bord tal-Għażla biex tiżgura li ma jkun hemm l- ebda żball jew ommissjoni apparenti fir-rapport u tkun sodisfatta li dan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti kollha. Ir-riżultat għandu jintwera fuq il-bord tal-avviżi dipartimentali u fuq il-bords tal-avviżi ta’ uffiċċji jew fergħat oħra tad-dipartiment. Fl-istess jum, għandha tidher notifika tal-pubblikazzjoni tar-riżultat fuq is-sit web tal-Ministeru/dipartiment. Fl-istess ħin, għandu jintbagħat messaġġ elettroniku permezz ta’ SMS (u/jew email) lill-kandidati kollha li pparteċipaw fil-proċess tal-għażla u li kienu ssottomettew numru tal-mowbajl (u/jew indirizz tal-imejl) mal-applikazzjoni tagħhom.
| Post/Pożizzjoni | Data |
|---|---|
Libertà tal-Informazzjoni
Artikolu 5(4) tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni jistipula
li l-Att m’għandux japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
POLITIKA LI TIRREGOLA Ż-ŻAMMA TAD-DOKUMENTAZZJONI FL-UFFIĊĊJU TAL-KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU
Ir-Regolament (UE) 2016/679 Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u l- Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586) jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f’forma manwali. The Office of the Public Service Commission is set to fully comply with the Data Protection Principles as set out in such data protection legislation.
Għanijiet għall-ġbir ta’ data
L-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jiġbor u jipproċessa l- informazzjoni biex iwettaq l-obbligi tiegħu skont il-leġiżlazzjoni preżenti. Id-data kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont il-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad- Data u r-Regolamenti dwar il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (L.S. Kost. 01), ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar il-Ħatriet (L.S Kost. 05) u r-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (L.S Kost. 03).
Riċevituri tad-data
L-informazzjoni Personali tiġi aċċessata mill-impjegati li huma assenjati biex iwettqu l-funzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Id- data Personali tista’ tiġi żvelata lil-Qrati tal-Ġustizzja, lil-Uffiċċju tal-Avukat tal- Istat, lil-Uffiċċju tal-Ombudsman, lis-Segretarji Permanenti, lil-Kapijiet tad- Dipartiment, lil-membri tal-Bordijiet tal-Għażla, lir-rappreżentanti legali, u l- awtoritajiet kompetenti li jirrappreżentaw l-uffiċjali pubbliċi. L-iżvelar jista’ jsir ukoll lil partijiet terzi biss kif awtorizzat u b’konformita’ mal-liġi.
Id-drittijiet tiegħek
Inti intitolat li tkun taf, mingħajr ħlas, x’tip ta’ informazzjoni għandu u jipproċessa dwarek l-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, għaliex din l-informazzjoni qed tinżamm u tiġi pproċessata, min għandu aċċess għaliha, kif tinżamm u kif tinżamm aġġornata, għal kemm żmien tinżamm, u x’qed jagħmel l-Uffiċju biex jikkonforma mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Il-GDPR jistabbilixxi proċedura formali biex jiġu ttrattati t-talbiet minn-suġġetti tad-data. Is-suġġetti tad-data kollha għandhom id-dritt għal kwalunkwe informazzjoni personali miżmuma dwarhom mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kemm jekk f’format elettroniku jew fil-fajls manwali. It- talbiet għall-aċċess għall-informazzjoni personali mis-suġġetti tad-data għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv, l-uffiċċju tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Id-dettalji ta’ identifikazzjoni tiegħek bħan-numru tal-ID, l-isem u l-kunjom għandom jiġu sottomessi mat-talba għal aċċess. F’każ li niltaqgħu ma’ diffikultajiet ta’ identifikazzjoni, jista’ jkollok bżonn tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni.
L-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għandu l-għan li jikkonforma malajr kemm jista’ jkun mat-talbiet għal aċċess għal informazzjoni personali u se jiżgura li din tiġi pprovduta fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar minn meta tasal it-talba, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għad-dewmien. Meta talba għal aċċess ma tkunx tista’ tintlaqa’ fi żmien raġonevoli, r-raġuni tiġi spjegata bil-miktub lis-suġġett tad-data li jagħmel it-talba. Jekk ikun hemm xi ksur tad-data, is-suġġett tad-data jiġi infurmat kif xieraq.
Is-suġġetti tad-data kollha għandhom id-dritt li jitolbu li l-informazzjoni tagħhom tiġi emendata, imħassra jew ma tintużax f’każ li jirriżulta li d-data ma tkunx korretta.
F’każ li ma tkunx sodisfatt bl-eżitu tat-talba tiegħek għal aċċess, tista’ tirreferi lment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma pprovduti hawn taħt.
Segretarju Eżekuttiv, Kummissjoni dwar is- għas-Servizz Pubbliku
Wieħed jista jikkuntattja lis-Segretarju Eżekuttiv, fuq:
Livell 2, Triq San Kristofru,
Triq San Kristofru
Il-Belt Valletta VLT 1464
Telefon: 21222063/4
Imejl: [email protected]
Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data
Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat fuq:
Livell 2, Airways House,
Triq il-Kbira,
Sliema SLM 1549
Telefon: 23287100
Imejl: [email protected]
Segretarji Ezekuttivi tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
- Is-Sur H Miller, Segretarju Designate
06.07.1960 – 16.12.1960 - Is-Sur H Miller, Segretarju
06.07.1960 – 16.12.1960 - Is-Sur G Soler, Segretarju
24.03.1969 – 08.03.1973 - Is-Sur A Piccinino, Aġent Segretarju
09.03.1973 – 30.11.1973 - Is-Sur C Vella, Aġent Segretarju
01.12.1973 – 21.09.1975 - Is-Sur P Vassallo Cachia, Segretarju
22.09.1975 – 09.09.1983 - Is-Sur P V Attard, Segretarju
01.01.1984 – 16.09.1985 - Is-Sur R V Mifsud, Segretarju
23.12.1985 – 31.12.1988 - Is-Sur N Scicluna, Segretarju
05.01.1989 – 26.11.1993 - Is-Sur J Bonello, Aġent Segretarju
27.11.1993 – 15.10.1995 - Is-Sur G Saliba, Aġent Segretarju
16.10.1995 – 03.12.1995
Is-Sur J Bonello, Aġent Segretarju
04.12.1995 – 02.05.1996Is-Sur N Worley, Aġent Segretarju
03.05.1996 – 18.02.1999Is-Sur N Worley, Segretarju
19.02.1999 – 12.04.2001Is-Sur R Saliba, Aġent Segretarju
13.04.2001 – 20.06.2001Is-Sur R Saliba, Segretarju
21.06.2001 – 09.01.2004Is-Sur P Sammut, Segretarju
10.01.2004 – 08.01.2010Is-Sur P Sammut, Segretarju Eżekuttiv
09.01.2010 – 16.04.2010Is-Sur C Polidano, Segretarju Eżekuttiv
17.04.2010 – 28.02.2014Is-Sa C Schembri, Segretarju Eżekuttiv
01.03.2014 – 30.06.2020Is-Sa J Bonnici, Aġent Segretarju
01.07.2020 – 15.11.2020Is-Sa M Attard, Segretarju Eżekuttiv
16.11.2020 – 09.07.2024
Ikkuntattjana
Informazzjoni biex tikkuntatjana
Indirizz
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
Livell 2, Palazzo Spinola
Business Centre
Triq San Kristofru
Il-Belt Valletta VLT 1464
Malta
Telefon: